Lokali

Filmat: Passiġġieri jitniżżlu minn tal-linja ftit minuti biss wara li telgħu

Passiġġieri li kienu għadhom kif telgħu fuq tal-linja fil-venda tal-Belt Valletta ntalbu jinżlu mill-ġdid minħabba li s-sistema’ tal-arja kundizzjonata ma kinitx qed taħdem u fuq ġewwa spjegawlna li kien hemm “sħana daqs li kieku dħalt f’forn.”

Dan hu każ wieħed biss minn sensiela sħiħa li waslu għand MaltaRightNow dwar karozzi li qed jieqfu kontinwament madwar Malta u Għawdex.

Ilbieraħ waslulna rapporti wkoll ta’ vettura fuq ir-rotta X3 li waqfet fil-venda ta’ ħdejn id-Domus Rumana fir-Rabat u vettura oħra bir-rotta 52 li waqfet bi problema fir-radiator hekk kif telgħet is-Saqqajja.

Dan ir-ritratt, juri l-vettura numru 386 li damet għal kważi sagħtejn wieqfa fil-Belt Valletta.

11707836_1630060837270444_6743149011055673507_n

Minn naħa l-oħra din il-vettura waqfet iktar kmieni dalgħodu quddiem l-Isptar Mater Dei.

11791719_10207472517755267_166127999_n (1)

Ritratt: Waqfet Tal-Linja kif ukoll numru ta’ qarrejja ta’ dan is-sit.