Lokali

Id-Deċiżjoni dwar il-Belvedere tan-Nadur posposta għal Settembru

L-Awtorita’ tal-Ambjent u l-Ippjanar ipposponiet id-deċiżjoni kontroversjali dwar applikazzjoni ta’ ħajt li jneħħi parti mill-belvedere tan-Nadur għall-ewwel ġimgħa ta’ Settembru.
Wara smigħ ta’ iktar minn siegha li matulha saru argumenti ta’ natura legali minn parti u minn oħra, sar suġġeriment minn membru tal-Bord tal-MEPA li jista’ jwassal għal bażi ta’ ftehim.
Is-suġġeriment kien li r-railing tal-belvedere jitreġġa’ lura b’metru mill-pożizzjoni oriġinali tiegħu u għalhekk ma jkunx hemm il-ħtieġa li jinbena ħajt. B’hekk id-drittijiet tas-sidien privati jkunu rispettati u l-pubbliku, xorta jkun jista’ jgawdi l-veduti spettakolari tal-fliegu bejn Malta u Għawdex.