F’In-Nazzjon tiddomina l-istorja dwar kif mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fi djamanti għaddew b’mod illegali minn Malta. F’din l-istorja l-ġurnalist Mattew Mamo jkompli juri r-rabtiet ta’ Malta mal-Mafja. Fi storja oħra kien ikkonfermat li l-Gvern qed jitlob ħlas għas-servizzi tas-saħħa. Kien ix-shadow Minister Nazzjonalista Chris Said li beda din l-istorja u issa kien hemm il-konferma tagħha.
The Malta Independent titkellem dwar kif mistennija iktar xogħolijiet f’toroq arterjali… issa jmiss xogħolijiet fi Triq Reġjonali. Storja oħra tgħid li tliet persuni Maltin qedi kunu investigati mill-awtoritajiet Taljani b’rabta ma ħasil ta’ flus mill-‘Ndrangheta. The Mata Indpendent titkellem ukoll dwar kif tfajjel ta’ 13-il sena salva tarbija mill-għarqa lbieraħ f’Marsalforn.
The Times of Malta tgħid li fi ftehim bejn il-Gvern u l-Bank of Valletta dwar House of Four Winds, fil-belt Valletta, intużat eċċezzjoni legali li qatt qabel ma kienet intużat f’negozji ta’ dan it-tip. Ritratt mill-ajru tas-sitwazzjoni tat-traffiku ilbieraħ turi li s-sitwazzjoni tat-traffiku lbieraħ kienet aħjar. Storja oħra titkellem dwar il-match-fixing anke fid-dawl li bħalissa bdew il-friendlies bejn diversi klabbs propju qabel jibda l-istaġun.
L-Orizzont tiffoka fuq l-inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ fi Triq Valletta fiż-Żurrieq. Titkellem ukoll dwar rapport li David Gonzi kien investigat u tirrapporta wkoll li qatt ma ġie avviċinat mill-Pulizija Taljana u se jkun hu li jitkellem magħhom biex jiċċara l-pożizzjoni tiegħu. Storja oħra titkellem dwar l-istennija għad-deċiżjoni tal-MEPA għall-belveder fin-Nadur.
//= $special ?>