Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill naddaf iz-zuntier wara r-rapport ta’ dan is-sit

“Il-Kunsill Lokali ħalla ż-Żurrieq f’telqa kbira wara l-festa tal-Karmnu. Sa dalgħodu stess, lanqas iz-zuntier għadu ma naddaf”. Dawn huma l-kummenti ta’ uħud mir-residenti Żrieraq hekk kif sal-lum il-Kunsill għadu ma naddafx l-inħawi tal-Knisja kif isir issoltu wara kull festa.

Ritratti li kiseb dan is-sit juru kif iz-zuntier tal-Knisja għadu totalment maħmuġ. Dan meta wieħed iżomm f’moħħu li fis-snin preċedenti iz-zuntier dejjem kien jitnaddaf sew.

Dan iz-zuntier kien wieħed mill-ħafna li saru minn Gvern Nazzjonalista.

Nies oħra miż-Żurrieq li tkellmu magħna qalulna li anke fil-festa spikkat in-nuqqas ta’ indafa fil-lokal.

DSC_0492

Intant, wara li ħarġet l-aħbar fuq MaltaRightNow.com il-Kunsill taż-Żurrieq beda x-xogħol ta’ tindif fuq iz-zuntier u z-zona ta’ madwar il-Pjazza. Ħafna qalu li din il-ħidma saret wara li ħareġ ir-rapport fil-media, u sabiex ma jħammarx wiċċ is-Sindku Laburista.

zuntier zurrieq