Sar magħruf li bastiment tal-gwerra Żvediż, ‘Poseidon’, fetaħ in-nar fuq speedboat tal-militar Taljan għax ħasibha tat-traffikanti tal-immigranti illegali fil-Mediterran.
Dan wara li f’dawn l-aħħar ġranet kien hemm diversi inċidenti serji fejn it-traffikanti ħarġu mil-Libja biex jieħdu lura l-laneċ li fuqhom kien hemm immigranti li kienu salvati minn bastimenti tal-gwerra fil-ħidma tal-Frontex fil-Mediterran.
Il-‘Poseidon’ qed ibaħħar barra l-kosta Libjana bħala parti mill-ħidma tal-Frontex magħrufa bħala ‘Triton’. Kelliem qal li l-inċident intemm b’wiċċ il-ġid wara li t-Taljani identifikaw ruħhom.
Inċident bejn il-militar Żvediż u Taljan fl-ibħra barra Malta
