AĠĠORNATA
Għal jum ieħor, aktar lokalitajiet qed jirrappurtaw qtugħ fil-provvista tad-dawl.
Illum kien imiss il-lokalita’ ta’ Ħaż-Żabbar fejn numru kbir ta’ residenti għamlu kuntatt ma’ MaltaRightNow.com jilmentaw li dalgħodu nqata’ d-dawl. Dan affetwa mhux biss djar residenzjali iżda anke ħwienet u intrapriżi oħra.
Aktar tard imbgħad daħlulna rapporti li anke Birkirkara inqata’ d-dawl. F’Bormla inqata’ d-dawl għal madwar tliet sigħat.
//= $special ?>

