Ikomplu jqumu iktar mistoqsijiet dwar il-kuntratt li bih il-Gvern ta l-propjeta’ House of Four Winds fil-Belt Valletta b’ċens ta’ 65 sena lill-Bank of Valletta sabiex isir l-uffiċċju taċ-Chairman John Cassar White.
Il-ġurnal Times of Malta jikkwota uffiċjali għoli fis-servizz pubbliku jgħid li l-eċċezzjoni li hemm fil-liġi dwar it-trasferimenti ta’ artijiet tal-Gvern qatt ma’ ntużat b’dan il-mod.
L-eċċezzjoni msemmija fil-liġi hi li ċens ta’ art tal-Gvern tista’ ma tingħatax permezz ta’ riżoluzzjoni parlamentari “jekk l-art tkun mogħtija għall-proġett industrijali wara li l-applikant ikun issodisfa lill-Gvern dwar il-benefiċċju li l-proġett jagħti lill-ekonomija tal-pajjiż u li n-numru ta’ impjiegi li joħloq huwa adegwat”
L-uffiċjal pubbliku qal li din il-klawżola dejjem kienet interpretata mid-Dipartiment tal-Artijiet għal proġetti relatati direttament mal-industrija tal-manufattura, bl-iktar eżempju komuni ikun għall-bini ta’ fabbriki.
Qabel dan il-każ tal-House of Four Winds, uffiċċji kienu meqjusa bħala attivita’ kummerċjali u qatt ma kienu meqjusa bħala attivita’ industrijali.
Bħalma kienet bla preċedent l-interpretazzjoni tal-liġi sabiex The House of Four Winds tgħaddi lill-Bank of Valletta mingħajr il-ħtiega ta’ riżoluzzjoni parlamentari, daqstant ieħor kien bla preċedent il-pakkett ta’ irtirar li nghata s-Segretarju Parlamentari Michael Falzon minn mal-BOV stess. Michael Falzon, li hu responsabbli mid-Dipartiment tal-Artijiet, mhux biss ha iktar minn kwart ta’ miljun ewro, iżda ngħata wkoll l-opportunita’ li jirritorna għax-xoghol.
//= $special ?>