Fi stqarrija maħruġa tard wara nofsinhar, Transport Malta qalet li parti minn triq il-Kosta se terġa tinfetaħ għada fil-05:00 ta’ filgħodu. Is-sewwieqa se jkunu jistgħu jgħaddu kemm minn Triq il-Kosta kemm mis-Salini għal Pembroke, kif ukoll fid-direzzjoni opposta.
Transport Malta qalet li fil-ġimgħat li ġejjin se jsir iżjed xogħol t’ asfaltar.
Fl-isfond tal-istaġnar li esperjenzaw is-sewwieqa fl-aħħar jiem, Transport Malta qalet li jiddispjaċiha tal-inkonvenjent tul ta’ din it-triq, għeluq li sostniet kien neċessarju.
Ir-rotot alternattivi, mill-Bypass tal-Imġarr, Triq is-Salini, Mosta u Birkirkara ovvjament jibqgħu japplikaw u għandhom jiġu kkunsidrati.
//= $special ?>