Sewwieq ħelisha ħafif hekk kif iktar kmieni dalgħodu tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, evita bi żbrixx mutur u spiċċa fuq roundabout f’San Ġwann.
Mal-impatt il-vettura ġarrbet ħsara fuq quddiem tagħha u waqfet biss f’nofs ir-roundabout ma’ impatt ma’ siġra.
Sewwieqa oħra li tkellmu magħna spjegaw li mnalla kienet il-ħamrija u s-siġra li żammew lill-vettura milli tibqa’ sejra fuq karozzi oħra minn naħa l-oħra tat-triq.
Ritratt: Carpark Paradise u Stefan Mifsud
//= $special ?>