Ritratti li qed jaslu għand MaltaRightNow jixhdu l-problemi kontinwi fil-vetturi tal-linja, fosthom f’dan il-każ fejn intrabat ħabel mas-seat ta’ quddiem biex ħadd ma jpoġġi fuqu. Dan għaliex, kif jidher ukoll fl-art, kienet nieżla nixxiegħa kontinwa ta’ ilma mis-sistema’ tal-arja kundizzjonata.
F’każi oħra, passiġġieri spjegawlna li qed jinqalgħu t-tabelli informattivi fuq tal-linja biex jitpoġġew fuq is-seats bħala twissija biex ħadd ma jpoġġi għaliex dawn qed ikunu mxarrbin għasra.
Imma jidher li dawn kienu fortunati li għallinqas kellhom l-arja kundizzjonata. Dan għaliex f’ħafna każi s-sistema’ mhix taħdem.
Xufiera li tkellmu magħna spjegawlna li tant qed jiżviluppaw problemi fil-karozzi tal-linja, li qed jispiċċaw jistennew fil-venda tal-Belt Valletta sakemm ikun hemm karozza tal-linja li jistgħu jsuqu.
//= $special ?>

