Lokali

Ritratti: Xufier tal-linja taqbiżlu wara ħames sigħat jistenna mekkanik

Xufier tal-vettura tal-linja numru 406 qatta’ ħames sigħat wieqaf sakemm qabżitlu u abbanduna l-vettura f’nofs Triq Diċembru 13.

Jirriżulta li malli l-vettura waqfet għall-ewwel darba, wasal fuq il-post mekkanik li startja l-vettura. Imma eżatt kif telaq, din reġgħet waqfet mill-ewwel ftit bogħod minn fejn waqfet l-ewwel darba.
Minkejja li rraporta mill-ewwel, ix-xufier qatta’ kważi ħames sigħat fis-sħana sakemm qabżitlu u ħalla l-vettura fejn kienet, f’nofs ta’ triq.

Jirriżulta li dan hu biss wieħed minn ħafna każi simili fl-aħħar jiem marbuta mal-istess vettura. Fil-15 ta’ Lulju li għadda, il-paġna Waqfet Tal-Linja kienet diġa’ tellgħet episodju ieħor fejn din il-vettura waqfet minħabba problema fil-batterija, wara li kienet waqfet lejliet ukoll.

11800204_1630048060605055_5602508409928827402_n

Xufiera li tkellmu magħna spjegaw kif dan l-episodju hu komuni ħafna, għaliex il-kumpanija għandha nuqqas kbir ta’ mekkaniks.

Fl-24 ta’ Lulju li għadda, karozza tal-linja waqfet fit-telgħa li minn Triq Ħal Qormi (quddiem il-posta) tagħti għall-bypass tal-Marsa u l-Ħamrun u x-xufier qatta’ sigħat jistenna għax il-mekkanik kien qed isewwi vettura oħra fix-Xemxija.

Ritratt: Waqfet Tal-Linja