3.50pm: Fortunatament, jidher li kien ‘false alarm’ dak li rriżulta minn rapporti li waslu aktar kmieni għand il-Pulizija. Minn informazzjoni li kiseb MaltaRightNow.com jirriżulta li ma jidhirx li kien hemm xi ajruplan żgħir involut f’xi inċident. Madankollu, il-Forzi Armati ta’ Malta u l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-aħħar tfittxijiet biex ikun assigurat li m’hemmx persuni involuti.
Aktar kmieni …
3.15pm: Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta bħalissa għaddejjin bi tfittxija intensiva (filmat) wara rapporti li waqa’ ajruplan tat-tip Microlight fiż-żona tat-Torri l-Aħmar fil-Mellieħa.
Għall-ħabta tas-2.30pm, diversi persuni għamlu kuntatt mal-Kamra tal-Aħbarijiet tagħna biex jirrapportaw li ajruplan żgħir deher itir fuq it-Torri l-Aħmar u f’salt dehret daħna sewda.
L-istess tip ta’ rapporti waslu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, b’tim mill-FAM marru fil-post abbord ħelikopter.
Aktar dettalji għadhom qed jaslulna …
//= $special ?>