Aġġornata
Franċiż ta’ 25 sena weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq San Albert, il-Gżira.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-15.50 ta’ waranofsinhar. Il-Pulizija qalu li minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li r-raġel ittajjar minn vettura tat-tip Toyota li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena residenti l-Gżira.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei biex jingħata l-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>