Lokali

AKTAR RITRATTI: Traffiku kbir fiċ-ċentru tal-pajjiż

Minkejja li infetħet parti minn Triq il-Kosta, diversi sewwieqa fiċ-ċentru ta’ Malta xorta waħda esperjenzaw traffiku kbir f’diversi inħawi.

ir-rapporti li waslulna illum ma kienux jirrigwardjaw San Pawl il-Baħar, iżda l-inħawi ta’ Birkirkara, il-Ħamrun, Santa Venera u l-Imsida. Il-mini ta’ Santa Venera b’mod partikolari damu numru ta’ sigħat mhux ħażin iġġamjati bit-traffiku fid-direzzjoni lejn Triq Reġjonali.

Fir-ritratt naraw it-traffiku iġġamjat għall-ħabta tat-8:30am mill-Marsa direzzjoni lejn il-mini ta’ Santa Venera.

Diversi sewwieqa qalulna li anke fl-Imsida kien hemm ammont kbir ta’ traffiku.

Sad-9:35am kien hemm ukoll traffiku iġġamjat fi Triq Reġjonali qrib ir-roundabout tal-Kappara.

Traffiku kbir anke int u dieħel lejn Bieb il-Bombi fil-Furjana.

Regional

 

traffic msida