Il-karozzi tal-linja ġodda li nġiebu f’Malta ftit tal-ġimgħat ilu, jiġifieri dawk li jinkludu żewġ bibien minn fejn wieħed jidħol u joħroġ, diġa’ bdew jieqfu il-ħsara.
F’ritratt li wasal għand MaltaRightNow tidher waħda minn dawn il-vetturi wieqfa fix-xatt f’Ta’ Xbiex, bil-bieba ta’ fejn ikun hemm l-iżolatur tal-batterija miftuħa. Ix-xufier kien fuq ġewwa jistenna lill-mekkaniks tal-kumpanija biex jaraw x’inhi l-ħsara.
Ir-ritratt ittieħed għall-ħabta tal-17:00 u min bagħtulna spjegalna li r-rotta kienet in-numru 13 ippakkjata b’Maltin u turisti. Dawn kellhom jinżlu u jistennew għal ħin twil biex jirkbu karozza tal-linja oħra minħabba li minn din iż-żona ħafna drabi jgħaddu diġa’ mimlija.
//= $special ?>