Lokali

Appell dwar l-użu ta’ utensili għall-barbecue

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku dwar tliet utensili tal-barbecue li jinsabu fis-suq lokali u li, skont id-Direttorat, għandhom livell għoli ta’ metal nikil li jista’ jikkontamina l-ikel.

Fi stqarrija, id-Direttorat qal li qed jiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku minħabba li l-prodotti laħqu waslu għand il-konsumaturi. L-utensili (ritratt) huma tad-ditta Best Choice u huma ppakjati separatament.

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolamenti tal-Parlament u l-Kunsill Ewropew, id-Direttorat appella lill-pubbliku biex iċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq 21337333 (8am – 2.30pm) jew jibgħat email lil mhi@gov.mt.

Id-Direttorat appella wkoll lill-pubbliku li jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-Uffiċċju tad-Direttorat f’Santa Venera, inkella jżur il-Paġna fuq Facebook jew is-sit uffiċjali għal aktar informazzjoni.