Ħamest itfal minn Stagecoach Malta jinsabu fir-Renju Unit biex jipparteċipaw fil-musical ‘Joseph and the Amazing Technicolor Dreamcoat’ li qed jittella’ fil-Leatherhead Theatre ta’ Surrey.
Dawn it-tfal għaddew minn proċess intensiv ta’ awdizzjonijiet u ntgħażlu minn fost 700 student u studenta li qagħdu għall-provi. L-atturi żgħar huma eċitati ħafna għal din l-opportunità eċċezzjonali li hija esperjenza li qed jingħataw grazzi għall-kuntatti ta’ Stagecoach Malta f’dan il-qasam.
It-tfal magħżula huma (mix-xellug għal-lemin) Myron Josè Agius, Kay Lee Micallef, Paolo Micallef, Mattea Gouder u Mark Ciantar. Huma qed jiġu akkumpanjati mill-għalliem tagħhom Edward Mercieca. (Ritratt: Stagecoach Malta)
//= $special ?>