Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti tal-lum il-Ġimgħa, 31 ta’ Lulju.

IN-NAZZJON jippubblika intervista mat-tfajjel li salva tarbija milli tegħreq f’Marsalforn nhar l-Erbgħa li għadda. Storja oħra hija dwar raġel mill-Veneżwela li xtara l-passaport Malti u huwa allegat li kellu x’jaqsam ma’ delitt fil-Costa Rica.

L-ORIZZONT jgħid illi l-eks Spettur Daniel Zammit ma mexiex mal-etika meta mexxa l-investigazzjonijiet rigward delitt li seħħ fl-2008. Filwaqt li il-ġurnal TIMES OF MALTA jirrapporta kif l-inkjesta ippubblikata ilbieraħ kixfet ir-rabtiet li jeżistu bejn Zammit u l-familja Gaffarena.

THE MALTA INDEPENDENT jirrapporta kif partijiet mill-Imqabba jinsabu infestati bil-ġrieden.