Ikomplu jiżdiedu l-appelli tal-pubbliku biex Karl, l-eroj ta’ 10 snin li salva tarbija mill-għarqa, jingħata rikonoxximent.
Fuq twitter, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li jekk hawn xi ħadd li għandu jingħata rikonoxximent, dan għandu jkun Karl, għall-att erojku li wettaq.
Ilbieraħ, MaltaRightNow.com xandar intervista esklussiva ma’ Karl, li tkellem għall-ewwel darba fil-pubbliku dwar l-episodju li fih salva tarbija li kienet f’riskju li tegħreq wara aċċident li kien seħħ.
Agħas hawn għall-intervista sħiħa ma’ Karl Curmi.
//= $special ?>