L-aħħar darba li f’pajjiżna seħħ terremot simili għal dak li seħħ ilbieraħ filgħaxija kien f’Jum l-Għid tal-2011. Qalet dan f’kummenti lil MaltaRightNow.com Pauline Galea, mill-Grupp ta’ Moniteraġġ u Riċerka Sismika fi ħdan l-Università ta’ Malta.
Pauline Galea qalet li l-Grupp ta’ Moniteraġġ u Riċerka Sismika jirrekordja ħafna theżżiżiet żgħar mad-dawra kollha ta’ Malta, l-aktar fin-naħa tan-nofsinhar. Qalet li hu diffiċli ħafna għall-Grupp ta’ Moniteraġġ u Riċerka Sismika biex jipprevedi jekk hux se jkun hemm xi theżżiżiet simili fil-jiem li ġejjin.
Ilbieraħ filgħaxija nħassu ħames theżżiżiet f’diversi partijiet ta’ Malta, bl-akbar waħda tkun dik imkejla 3.3 fuq l-Iskala Richter fis-7.15pm.
//= $special ?>