Internazzjonali

L-akkużat dwar il-massakru ta’ Charleston iwieġeb li mhux ħati

Fl-Istati Uniti, żgħażugħ ta’ 21 sena li hu akkużat dwar il-qtil ta’ disa’ devoti suwed fi knisja ta’ Charleston, f’South Carolina, qal li mhux ħati fir-rigward ta’ aktar minn 33 akkuża federali.

Sadanittant, avukat li qed jidher għal Dylann Roof qal li ż-żgħażugħ ried jammetti l-ħtija fil-każ tal-akkużi kollha miġjuba quddiemu. Madankollu, l-avukati ta’ Roof infurmaw lill-qorti li l-klijent tagħhom ‘mhux ħati’ għaliex il-Gvern ma ddeċidiex jekk jippersistix għall-piena kapitali fil-każ partikolari.

Dylan Roof, li tressaq il-qorti mmanettjat, ftit lissen kliem ħlief (kultant) il-kumment ‘iva’ meta kien qed iwieġeb għad-domandi tal-Imħallef.

Il-massakru tad-devoti inkwistjoni waqt sparatura fil-knisja ta’ Charleston imur lura għas-17 ta’ Ġunju li għadda.