Id-Direttorat tas-Saħħa Ambjentali fi stqarrija avża lil pubbliku li minħabba ħruġ ta’ drenaġġ, m’għandux isir għawm f’Dawret it-Tunnara u fil-viċinanzi tal-boathouses ta’ Għajn Żejtuna fl-Għadira, il-Mellieħa.
Id-Direttorat qal li d-drenaġġ ħareġ kawża ta’ sadd fis-sistema tad-drenaġġ fil-mains u fi blokk ta’ appartamenti.
MaltaRightNow.com infurmat li qed tittieħed l-azzjoni kollha neċessarja mill-Waste Water Unit taħt is-sorveljanza tal-ispetturi ambjentali.
//= $special ?>