F’attivita’ organizzata mill-grupp Eden Leisure, numru kbir ta’ tfal taw wiċċ ġdid li numru ta’ ħitan li kienu fi stat ta’ abbandun f’Paceville.
Kif juru r-ritratti, l-ħitan ġew irranġati bit-tfal, żgħażagħ u familji li taw wiċċ ġdid lil dawn il-ħitan. B’hekk, kull min ipparteċipa kellu l-opportunita’ li jħalli l-marka artistika tiegħu bir-riżultat li nħolqot biċċa arti bl-għan li ssebbaħ l-inħawi.
Fi stqarrija, il-grupp Eden Leisure rringrazzja lill-parteċipanti kollha kif ukoll lill-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan għall-koperazzjoni tiegħu.
//= $special ?>