Tifel Palestinjan ta’ 18-il xahar inħaraq ħaj f’attakk li twettaq minn Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent. Il-każ seħħ matul dan il-lejl.
Pulizija Iżraeljani qed jgħidu li d-dar ta’ din il-familja Palestinjana fil-villaġġ ta’ Kfar Douma inħarqet kompletament.
Il-ġenituri tat-tifel u wild ieħor tagħhom ġarrbu ġrieħi serji ħafna.
Qrib id-dar instabu graffiti bil-kliem “tpattija”.
//= $special ?>