Studenti fit-Tajwan huma determinati li jżidu l-azzjonijiet ta’ protesta waqt li l-Gvern Tajwaniż qed jipprova jtaffi l-kriżi li nqalgħet dwar il-bidliet fil-kurrikulu tal-iskola li jirriflettu fehmiet imxaqilbin favur iċ-Ċina.
Fl-aħħar jiem, mijiet ta’ studenti assedjaw il-Ministeru tal-Edukazzjoni f’Tajpej waqt li komplew il-protesti f’zoni speċifiċi tal-kapitali. Numru kbir ta’ żgħażagħ fil-preżent qegħdin jorqdu barra waqt spinta konsistenti ta’ dimostrazzjonijiet kontra l-awtoritajiet fis-settur tal-edukazzjoni.
Is-suwiċidju ta’ student attivist fit-Tajwan qed jitqies bħala traġedja b’element politiku, waqt li l-partiti tal-Oppożizzjoni, bħalissa, qed iwettqu pressjoni fuq l-entità Kwomintang li qed tiggverna lit-Tajwan u li hi favorevolment disposta għaċ-Ċina. L-Oppożizzjoni Tajwaniża qed tinsisti biex ikunu rtirati l-gwidi tat-tagħlim ġodda kif ukoll għar-riżenja tal-Ministru tal-Edukazzjoni.
//= $special ?>

