Lokali

Appell mqanqal għad-donazzjonijiet

Ix-xhur tas-sajf normalment huwa assoċjati mal-vaganzi. Ħafna jkunu dawk li jagħżlu li għal vaganzi tagħhom iżuru xi pajjiż ieħor fejn igawdu mix-xeni spettakolari u kulturi interessanti li joffru bosta pajjiżi barranin.

Iżda għal familja ta’ Martin Attard, fotografu Malti ta’ talent kbir li kien jaħdem mad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI), vaganza fil-Kroazja kellha tispiċċa f’dieqa kbira u problemi kbar għal familja. Dan hekk kif Martin Attard sofra attakk tal-qalb fatali nhar il-Ħamis 23 ta’ Lulju.

Iżda l-mewt ta’ qarib ma’ kienx biżżejed għal familja ta’ Attard. Dan hekk kif l-ispiża sabiex il-katavru tiegħu jinġieb lura Malta hija qrib l-erbgħa t’elef Ewro. Spiża li l-familja ma’ tiflaħx iġorr mingħajr għajnuna.

Kien għalhekk li bint Attard, Desiree, għamlet appell mqanqal fuq l-internet għad-donazzjonjiet sabiex Attard jinġieb lura Malta u jingħata funeral kif jixraq.

Wieħed jista’ jgħin billi jżur is-sit https://fundrazr.com/campaigns/211dH1