Numru kbir ta’ ġurnalisti u fotoġurnalisti għadhom maħsuda bit-telfa ta’ Martin Attard, il-fotografu uffiċjali tad-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) li miet ħabta u sabta meta kien waqt btala l-Kroazja. Martin ċeda għal attakk tal-qalb fit-23 ta’ Lulju li għadda.
Iżda minħabba l-ispiża finanzjarja biex jinġieb lura Malta, il-katavru ta’ Martin għadu l-Kroazja.
Fuq is-sit fundrazr.com, it-tifla ta’ Martin qed tagħmel appell lill-pubbliku biex jgħin. Dan għaliex il-familja ta’ Martin għandna bżonn mal-€4,000 biex jinġieb lura d-dar.
“Qed nitlobkom l-għajnuna biex inġibu lil missieri lura d-dar” tappella Desiree, it-tifla ta’ Martin.
Tista’ tagħfas hawn biex tgħin billi tagħti donazzjoni biex Martin ikun jista’ jinġieb lura d-dar.
//= $special ?>