Lokali

Ikomplu l-problemi fis-servizz tat-trasport pubbliku

Ikompli d-diżastru fis-servizz tat-trasport pubbliku. Fl-aħħar jiem, MaltaRightNow.com kompla jirrapporta każijiet ta’ karozzi tal-linja b’difetti kbar, fosthom saħansitra karozzi tal-linja li jieqfu jaħdmu kompletament.

Ma’ dan is-sit tkellmet persuna li rrakkuntat kif il-karozza tal-linja numru 32 ma felħitx iktar passiġġieri b’mod li f’salt, waqfet bil-ħsara

Malli l-karozza tal-linja waqfet bil-ħsara, u kulħadd niżel minnha, kien hemm min reħielha bil-mixi.

Ftit ilu, dan is-sit irrapporta kif fuq ir-rotta ta’ Ħad-Dingli waqfet is-seba’ karozza tal-linja fi ftit jiem! Dan apparti rapporti ma jaqtgħu xejn ta’ karozzi tal-linja li waqfu bil-ħsara. Fost oħrajn, xufier li dam 5 siegħat jistenna mekkanik wara li waqfitlu l-karozza tal-linja.