IL-ĠURNALI LLUM IS-SIBT L-1 T’AWWISSU 2015
Il-ġurnali IN-NAZZJON, THE TIMES OF MALTA u THE MALTA INDEPENDENT fil-faċċata kollha jgħatu prominenza l-inkjesta tal-Imħallef Michael Mallia li kixfet rabtiet perikolużi bejn Kastilja, il-familja Gaffarena u l-familja Zammit. In-Nazzjon tgħati ħarsa dettaljata wkoll lejn konferenza stampa tal-Partit Nazzjonalista propju dwar dan l-iskandlu. Minn naħa tagħhom The Times of Malta u The Malta Independent it-tnejn jikkumentaw dwar is-skiet assolut tal-gvern u l-għażla tal-gvern li ma’ jneħħix lil Ray Zammit mill-kariga li huwa ngħata ftit taż-żmien ilu. Minn naħa tiegħu l-ġurnal tal-General Workers Union L-ORIZZONT jagħmel referenza għal dan il-każ f’paġna sitta fejn l-attenzjoni tingħata kompletament lejn l-istqarrijiet ta’ reazzjoni ta’ l-eks spettur Daniel Zammit u ta’ Hugo Chetcuti li t-tnejn kellhom kliem ta’ kritika għar-rapport ta’ l-Imħallef Michael Mallia.
IN-NAZZJON fil-faċċata titkellem ukoll dwar is-sħana li qegħda tolqot il-gzejjer Maltin b’ritratt ta’ mara tuża umbrella biex tiproteġi lilha nfisha mix-xemx.
THE TIMES OF MALTA titkellem dwar il-proġett ta’ l-universita’ mill-grupp Sadeen fejn tgħid li hemm possibilita’ li dan il-proġett isir fil-Kottonera.
Storja simili f’THE MALTA INDEPENDENT fejn din tikkwota lill-Professur Peter Mayo bħala li jemmen li l-universita’ l-ġdida għandha ssir f’Bighi.
Minn naħa tagħha L-ORIZZONT tgħid li d-dejn tal-gvern f’sena naqas bi kważi mitt miljun Ewro.
//= $special ?>