Il-Partit Nazzjonalista permezz ta’ stqarrija tax-Shadow Minister Paula Mifsud Bonnici saħaq li b’reazzjoni għall-aħħar incident li allegatament seħħ ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule, kategorikament jikkundanna kull tip ta’ allegat abbuż fuq l-anzjani. Il-partiti politiċi għandhom dejjem aktar jaħdmu sabiex jiżguraw li d-drittijiet tal-anzjani jkunu mħarsa u li qatt ma jkun hem abbużi tal-ebda tip.
Il-Partit Nazzjonalista saħaq ukoll l-importanza li l-Gvern juża dejjem l-istess riga f’kull każ ta’ allegat abbuż li jasal quddiemu. Il-Partit Nazzjonalista għalhekk jikkundanna wkoll kull nuqqas ta’ aġir mill-Gvern dwar kwalunkwe każ ta’ abbuż fuq l-anzjani. Hekk biss nistgħu niżguraw il-protezzjoni tal-anzjani u tad-drittijiet tagħhom kompla jgħid il-Partit Nazzjonalista.
Intant aktar kmieni fi stqarrija l-Ministeru għal Familja u Solidarjeta’ Soċjali qal li wara li daħal dan ir-rapport, it-tmexxija ħadet l-azzjonijiet neċessarji u l-każ għadda għand il-pulizija għal aktar investigazzjoni.
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qal li flimkien mat-tmexxija tar-Residenza ħassew li dan l-inċident għandu jkun irreferut mill-ewwel għand l-awtoritajiet sabiex issir ġustizzja immedjata.
Huma bosta dawk li qegħdin jistaqsu numru ta’ mistoqsijiet dwar jekk dawn l-azzjonijiet humiex qegħdin jittieħdu f’kull każ u b’mod uniformi.
//= $special ?>