Internazzjonali

Jaslu fi Franza il-biċċiet ta’ ajruplan maħsuba li huma mit-titjira MH370

Biċċiet ta’ ajruplan li huma suspettati li huma mit-titjira MH370 tal-Malaysia Airlines li s-sena li għaddiet ntilfet fil-vjaġġ bejn Kuala Lumpur u Beijin b’239 persuna abbord waslu fi Franza fejn huwa mistenni li jiġu eżaminati f’sit militari f’Toulouse.

L-biċċiet nstabu fuq xatt fi gżira fl-Oċejan Indjan.

Il-Ministru tat-Trasport Malażjan Liow Tiong Lai saħaq li kien hemm żewġ timijiet, wieħed fi Franza sabiex jagħmel l-eżamijiet meħtieġa u ieħor fil-gżira in kwistjoni sabiex ikompli t-tiftix għal aktar fdalijiet.

Huwa mistenni li anke fdalijiet li jidhru li huma ta’ bagalja ser jiġu eżaminati.