Wara li l-qtil tal-iljun li kien jismu Cecil fiż-Żimbabwe qanqal gelgul ta’ rabja u emozzjoni madwar id-dinja, l-esperti dwar il-konservazzjoni tal-ħajja u n-natura qed jittamaw li l-każ għandu jixpruna sens ġdid ta’ entużjażmu għall-konservazzjoni tan-natura u l-ħarsien tal-ispeċi tal-annimali protetti.
Fl-aħħar sigħat, il-Ministru taż-Żimbabwe responsabbli mill-Ambjent qalet li d-dentist Amerikan li jingħad li ħallas 50,000 dollaru biex jikkaċċja l-iljun bl-isem Cecil għandu jkun estradit lejn pajjiżha biex jiffaċċja l-akkużi relatati. Id-dentist jismu Walter Palmer u dan kellu jagħlaq il-prattika tiegħu f’Minneapolis wara li kien identifikat bħala l-kaċċatur li kien spara għall-iljun protett. Sadanittant, l-awtoritajiet Amerikani qed ikomplu jinvestigaw iċ-ċirkostanzi tal-kaċċa għall-iljun.
//= $special ?>