Fi stqarrija il-union tal-bdoti, l-ALPA għamlet referenza għal stqarrija ta’ l-Air Malta li saret wara preżentazzjoni li saret lill-MHRA fejn saret referenza għal pjan ta’ tiġdid tal-flotta.
L-ALPA esprimiet d-diżappunt tagħha li dawn il-pjanijiet ma’ kienux diskussi la ma’ l-impjegati u l-anqas mal-union. L-ALPA lmentat għal fatt li filwaqt li terzi partijiet kienu konsultati l-impjegati tħallew fid-dlam. L-ALPA sostniet li dan kollu huwa ta’ tħassib għall-impjegati tal-Air Malta.
Fl-istqarrija l-ALPA sostniet li hija taqbel li jinstabu metodi kif jitnaqqsu l-ispejjez permezz ta’ użu aħjar tal-flotta iżda dwar dan kollu ma’ ntqal xejn lil ALPA u għalhekk il-union tinstab mħassba dwar jekk dan huwiex anke possibli.
L-ALPA spjegat li dan it-tħassib joħroġ mill-fatt li tali miżuri jeħtieġu analiżi serja liema analiżi l-ALPA ma’ ngħatatx.
L-ALPA sostniet li huwa ta’ nkwiet il-fatt li wara snin ta’ ristrutturar u l-impjieg ta’ konsuienti l-unika pjan li hemm huwa tnaqqis fil-flotta; pjan li kien diġa ġie diskuss fl-2010 fejn dawk konċernati kienu esprimew tħassib serju mill-ewwel.
//= $special ?>