Lokali

Nofs Birżebbuġa bla dawl waqt il-festa

Bħalissa nofs Birżebbuġa tinsab bla dawk hekk kif jidher li ftit tal-ħin ilu nqatgħet il-provvista tad-dawl. Dan hekk kif bħalissa f’Birżebbuġa qed tkun iċċelebrata l-festa tar-raħal.

Dan hu l-aħħar minn sensiela ta’ okkażjonijiet fejn il-provvista tal-elettriku nqatgħet mingħajr ma kienet sekadata minn qabel.

Il-qtugħ tad-dawl f’Birżebbuġa wassal għal ammont qawwi ta’ kritika minn sidien ta’ negozji, partikolarment tal-ikel li fiż-żmien tal-festa jkollhom aktar negozju mis-soltu.