Sitt persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei kawża ta’ ġrieħi li sofrew f’inċident tat-traffiku li seħħ il-bieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs fi Triq il-Kbira, il-Mellieħa.
L-inċident seħħ bejn karozza Seat Ibiza, li kienet qed tiġi misjuqa minn raġel ta’ 24 sena residenti in-Naxxar u Suzuki Gran Vitara misjuqa minn mara ta’ 42 sena residenti Ħal Qormi.
Iż-żewġ sewwieqa u l-passiġġieri rispettivi tagħhom ittieħdu l-isptar sabiex jingħataw kura għall-ġrieħi li ġarrbu.
Is-sewwieq ta’ 24 sena u l-passiġġier tiegħu – raġel ta’ 24 sena residenti l-Mosta, ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa. Il-mara u t-tifel tagħha ta’ tlett xhur ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ħfief, filwaqt li żewġt itfal oħra, tfajla ta’ ħmistax-il sena u tifel ta’ disa’ snin sofrew ġrieħi ta’ natura gravi.
Kawża tal-inċident it-triq kellha tingħalaq għal xi ħin. Il-vetturi ġarrbu ħsarat estensivi fil-partijiet ta’ quddiem.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>