Lokali

Tingħata mediċina li ilha skaduta minn Frar

MaltaRightNow.com irċieva dan ir-ritratt ta’ mediċina li ngħatat taħt l-iskema tal-‘Pharmacy of Your Choice’. Il-mediċina, kif jidher ċar f’dan ir-ritratt, ilha skaduta minn Frar li għadda.

Il-mediċina ħarġet mid-Dipartiment tas-Saħħa, jiġifieri mill-istores tal-Isptar.  Il-mediċina kienet ġiet manifatturata fi Frar tas-sena 2013 u skadiet fi Frar 2015.