Fi stqarrija llum ġie mħabbar li l-prezz taċ-ċilindri tal-gass se jkun qed jorħos u se jibqa’ fiss għat-tliet xhur li ġejjin.
Minn €16.50c, il-prezz ta’ ċilindru tal-gass ta’ 12kg se jinżel għal €15, roħs ta’ €1.50c għal kull ċilindru.
Ir-roħs se jidħol fis-seħħ it-Tnejn 3 ta’Awwissu u jibqa’ fis-seħħ sal-aħħar ta’ Ottubru.
Il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa fi stqarrija rringrazzja lill-kumpanija Liquigas għall-koperazzjoni tagħha u lill-Awtorità ta’ Malta dwar ir-Riżorsi tal-ħidma tagħha.
//= $special ?>