Wara li aktar kmieni MaltaRightNow.com ppublikka rapport dwar anzjana li mietet f’kuridur tal-Isptar Mater Dei jidher li l-anzjani li kienu fl-istess kuridur bdew jiġu mċaqalqa min hemm.
Informazzjoni li ngħatat lil qraba ta’ dawn l-anzjani kienet tgħid li dawn ser jitpoġġew fi swali.
Aktar kmieni…
Sfortunatament, għadhom jaslu rapporti ta’ persuni li jmutu fil-kuriduri tal-Isptar Mater Dei, mneżża’ minn kull dinjita’. Iżda l-aħħar rapport li waslilna dwar mara li mietet il-lejl li għadda, mhux biss kellha tħalli din id-dinja b’mod xejn dinjituż, iżda lanqas ma ngħatat il-grazzja li fl-aħħar mumenti ta’ ħajjitha, ikollha lil qrabatha maġenbha.
Fil-fatt minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, jidher li din il-mara, li kienet rikoverata f’kuridur partikolari qrib id-Dipartiment tal-Emerġenza, kienet waslet lejn l-aħħar. F’mument minnhom uffiċjal tas-sigurta’ keċċa lil qarib tagħha li kien magħha f’dawn il-mumenti diffiċli.
Madwar nofs siegħa wara, il-mara mietet, f’nofs ta’ kuridur u waħedha. Malli l-qarib li tkeċċa twasslitlu l-aħbar, ħadda qatta’ bla ħabel kontra l-uffiċjali tas-sigurta’ u l-amministrazzjoni għall-mod inuman kif kienu trattati kemm hu, kif ukoll il-qariba mejta.
Iktar tard, sorsi oħra li avviċinaw lil dan is-sit u qalulna li l-ordni biex il-qarib jitneħħa minn ħdejn il-mara ingħata direttament mill-manager tas-sigurta’ f’Mater Dei Frank Rodgers li ngħata l-kariga direttament mis-Segretarju Parlamentari Chris Fearne.
//= $special ?>