Internazzjonali Mużika

Tmut il-kantanta tal-country Lynn Anderson

Il-kantanta Amerikana tal-country Lynn Anderson, li hi magħrufa l-aktar għall-kanzunetta ‘Rose Garden’ mietet fl-età ta’ 67 sena. Anderson, fl-aħħar jiem, kienet l-isptar f’Nashville u r-rapporti qalu li hi sofriet attakk tal-qalb proprju nhar il-Ħamis li għadda.

Minbarra s-suċċess internazzjonali li kisbet bil-kanzunetta Rose Garden, li kienet rebbħitilha Grammy award, Anderson, li twieldet f’North Dakota, kellha diversi hits oħrajn fosthom ‘You’re My Man How I Can I Unlove You’ u ‘Top of the World’ li kienet irrekordjata wkoll mid-duo The Carpenters.

Lynn Anderson kienet ingħażlet bħala l-best female vocalist tal-Country Music Association fis-sena 1971.