L-eroj Karl u ċ-ċkejken Eman jerġgħu jiltaqgħu!
Wara li f’nofs il-ġimgħa li għaddiet Karl spiċċa mfaħħar mill-pubbliku għall-att erojku li wettaq meta salva lil Eman, li għad għandu biss sena u seba’ xhur, iż-żewġt itfal reġgħu ltaqgħu, din id-darba f’ċirkustanzi ferm aħjar mill-ewwel laqgħa li kellhom ftit tal-jiem ilu.
Ilbieraħ, it-tfajjel ta’ 10 snin sab sorpriża tistennieh meta MaltaRightNow.com organizza din il-laqgħa fil-lukanda Calypso f’Marsalforn għal Karl u Eman.
Il-kuraġġ ta’ Karl kien imfaħħar minn eluf ta’ persuni li anke segwew intervista esklussiva li kienet ġiet ippubblikata fuq dan il-ġurnal b’kummenti fejn għall-ewwel darba, Karl irrakkonta dak li kien għadda minnu.
Waqt il-laqgħa organizzata minn MaltaRightNow.com, kienet evidenti l-espressjoni fuq Ġina, omm iċ-ċkejken Eman, li ma kelliex kliem biex tirringrazzja lil Karl għall-ġest nobbli tiegħu.
“Grazzi talli salvajtli ‘l ibni” saħqet l-omm bid-dmugħ f’għajnejha filwaqt li għannqet lil Karl talli salvalha lil biha. Qaltlu li kull darba li tħares lejn binha, tiftakar fih u l-ġest nobbli li wettaq.
//= $special ?>