Tħabbret il-mewt ta’ kantanta u preżentatriċi Ingliża Cilla Black f’eta ta’ 72 sena.
Black, mwielda Priscilla Maria Veronica White, mietet f’residenza li kellha f’Estepona fil-Costa del Sol fi Spanja.
Black kellha wkoll djar oħra fir-Renju Unit u Barbados. Hi kienet tmur Spanja għall-btajjel tas-Sajf fejn marret ftit ġranet ilu ma wieħed mit-tliet subien tagħha.
Tul karriera ta’ 50 sena, Black kellha 11-il kanzunetta fit-Top Ten Ingliża u żewġ kanzunetti ‘Anyone Who Had a Heart’ u ‘ You’re My World’ spiċċaw fl-ewwel post.
Apparti karriera fil-qasam tal-mużika, Black kienet popolari ħafna bħala preżentatriċi u fost l-ewwel nisa Ingliża li kellhom programm tagħhom fuq it-televiżjoni Ingliża.
Mietet il-kantanta Ingliża Cilla Black
