Fil-preżent, qed jiċċirkola video dwar numru ta’ dwal strambi li feġġew minn imkien, matul il-jum, fuq il-belt Ġappuniża ta’ Osaka u meta ħadd, għalissa, ma jista’ joħroġ b’teorija konkreta.
Ma setax jonqos li ‘UFOs’ saret il-kelma favorita li qed tintuża fiċ-ċirkostanzi, bil-fenomenu jkollu aktar minn 170,000 ‘view’ fuq l-Internet. Madankollu ħadd ma jaf minfejn setgħu oriġinaw dawn id-dwal misterjużi.
Id-dwal inkwistjoni jidhru (fuq il-filmat) mexjin u ‘jiżfnu’ fis-sema għal aktar minn żewġ minuti. Iżda waqt li ħafna jemmnu li l-fenomenu jista’ jkun provi li jeżistu tassew l-aljeni, oħrajn huma xettiċi u jemmnu li hemm warajh spjegazzjoni ‘loġika u li mhix daqshekk drammatika’.
Id-dehra tad-dwal intbagħtet online minn diversi stazzjonijiet tat-televiżjoni tal-Ġappun, b’waħda mid-deskrizzjonijiet ittenni li d-dwal huma simili għal dehra oħra ta’ dan it-tip li seħħet f’Ġunju li għadda fuq Hyde Park, f’Londra.
//= $special ?>