Mhux magħrufa l-kundizzjoni ta’ żagħżugħ ta’ 22 sena u tifel ta’ 14-il sena li weġġgħu f’inċident tat-traffiku li seħħ aktar kmieni waranofsinhar.
Il-Pulizija qalet li skont investigazzjonijiet preliminari, iż-żagħżugħ kien qed isuq vettura tat-tip Honda Civic fi Triq is-Sebħ fid-direzzjoni lejn Ħal Qormi meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ma’ siġra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ waranofsinhar. Kawża tal-impatt, il-karozza tgħaffġet minn naħa waħda. Iż-żewġ persuni ttieħdu l-isptar iżda l-kundizzjoni tagħhom għadha mhijiex magħrufa.
//= $special ?>