Lokali

Aġġornata: Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ wara li jintlaqat minn karozza fis-Swatar

Raġel ta’ 59 sena mill-Imtarfa, sewwieq ta’ mutur, weġġa’ wara li ntlaqat minn vann tat-tip Fiat, misjuq minn Taljan. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.30am fi Triq it-Torri.

Fil-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li ta l-ewwel għajnuna lis-sewwieq tal-mutur. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, b’informazzjoni li għandna tgħid li r-raġel ma jinsabx fil-periklu li jitlef ħajtu.

Kawża tal-impatt bejn il-vann u l-mutur, intlaqtet ukoll vettura oħra li kienet ipparkjata.

Aktar kmieni …
Mutur kien involut f’inċident tat-traffiku fi triq it-Torri s-Swatar. Jirriżulta li l-inċident seħħ meta mutur kien għaddej fid-dierezzjoni lejn B’kara, meta għal xi raġuni ntlaqat minn vann.

Mhux magħruf jekk f’dan l-inċident weġġgħux xi persuni.

Aktar informazzjoni kif taslilna …