Lokali

Appell għal attenzjoni waqt xogħol fix-xemx u s-sħana

Hekk kif it-temperatura ambjentali reġgħet għoliet, l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) tixtieq terġa’ tiġbed l-attenzjoni ta’ min jagħmel xogħol fis-sħana u x-xemx sabiex jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jevita problemi ta’ saħħa, li saħansitra jistgħu jħallu konsegwenzi serji.

Iktar informazzjoni dwar il-perikli assoċjati ma’ xogħol fis-sħana jew fix-xemx, il-miżuri li jridu jittieħdu, kif ukoll informazzjoni dwar min għandu dawn l-obbligi, jinstabu f’gwida li l-OHSA ppubblikat riċentament propju dwar dan is-suġġett ‘Gwida dwar Xogħol fis-Sħana u fix-Xemx’.

Din il-gwida tista titniżżel b’xejn mill-website tal-OHSA. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jikkuntattja lill-OHSA fuq tel. 21247677, jibgħat email fuq ohsa@gov.mt jew iżur is-sit tal-OHSA li hija: www.ohsa.org.mt