Lokali Saħħa

Filmat: Mhedded minn pazjent ieħor fl-isptar

Il-qraba ta’ anzjan ta’ 93 sena li miet ftit tal-ġimgħat ilu fl-Isptar Mater Dei qed jibżgħu li seta’ ssawwat minn pazjent ieħor kemm dam rikoverat.

L-anzjan kien isofri mid-dimensja, u kawża tal-kundizzjoni tiegħu ġieli kien jinfexx jgħajjat. Darba minnhom, waqt episodju minn dan, pazjent li kien rikoverat f’sodda qrib tal-anzjan qabad jitgħajjar miegħu u jheddu.

Dak il-ħin ma kienx hemm infermiera pero’ mort nirraporta u kellhom imorru jsikktuh. Kien hemm ukoll qarib ta’ ħaddieħor li wkoll mar isikktu.

Imma minkejja dan, iż-żewġ persuni tħallew fl-istess sala maġenb xulxin.

Dan ir-raġel kompla jispjegalna li l-anzjan kellu marki u tbenġil fuq ġismu.
Il-qarib tal-anjan spjegalna wkoll li jiem qabel seħħ dan l-inċident, l-anzjan beda jhewden u jgħid: “x’għamluli”.

Qabel seħħ dan il-każ madankollu ħasbu li dan il-kliem tal-qarib tagħhom kien qed jgħidu biss kawża tal-kundizzjoni tiegħu.