Xufier tal-linja kważi kkawża inċident, filwaqt li poġġa fil-periklu ħajjet sewwieq ta’ mutur f’każ li seħħ nhar il-Ġimgħa li għadda fi Triq Burmarrad, f’Burmarrad.
Kif jidher fil-filmat, li ttella’ mix-xufier tal-mutur stess, ix-xufier tal-linja numru 168 fuq ir-rotta 41 ġie minn wara u qabeż lill-mutur f’kantuniera. Minn naħa l-oħra kien għaddej vann u għalhekk tal-linja rass mal-ġenb lill-mutur biex jevita l-impatt.
Is-sewwieq tal-mutur jidher jersaq iktar ‘il ġewwa biex jevita li jintlaqat mill-karozza tal-linja, tant li kważi laqat il-bankina u siġra mal-ġenb tat-triq.
//= $special ?>