Qorti

Ġiet ordnata tagħmel xogħol komunitarju wara li serqet bosta ġojjelli

Fattiga tressqet il-Qorti mixlija li meta kienet qed tnaddaf fi djar fl-Imsida u Tas-Sliema, serqet bosta ġojjelli.

Il-mara nqabdet tisraq fil-fatt u waqt l-investigazzjoni tal-Pulizija ammettiet li serqet il-ġojjelli msemmija.

Il-Qorti ordnat li l-isem tal-mara ma jixxandarx u ordnat ukoll li għandha tagħmel 300 siegħa xogħol fil-komunità filwaqt li tħallas €1,800 lill-vittmi tal-oġġetti li serqet.