Ekonomija Lokali

HSBC: Qliegħ ta’ €36 miljun

Il-Bank HSBC Malta irregistra qliegh ta’ qabel it-taxxa ta’ 36 miljun ewro ghall-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena. Dan hu tnaqqis ta’ 4 miljun ewro meta mqabbel mal-istess zmien tas-sena li ghaddiet.

Waqt konferenza li fiha thabbru dawn ir-rizultati, il-Kap Ezekuttiv ta’ HSBC Malta Mark Watkinson qal li din il-prestazzjoni tirrifletti l-andament kontinwu ta’ ambjent karatterizzat minn rata ta’ imgħax baxxa b’riżultat dirett ta’ rati baxxi tal-Bank Ċentrali Ewropew, rata ta’ tkabbir tas-self kummerċjali mnaqqsa, u żieda fl-ispejjeż b’riżultat ta’ investiment regolatorju u żieda fil-ħlasijiet regolatorji ġodda.

Hu qal li minkejja dawn l-isfidi, it-tliet oqsma ewlenin tal-bank baqgħu joperaw bi qliegħ, u t-titjib li kien hawn fl-ekonomija lokali  ser ikun pożittiv għall-kummerc bankarju ‘il quddiem.

Is-self lill-klijenti jammonta ghal ftit inqas minn 3 biljun u 250 miljun ewro, li kien tnaqqis ta’ madwar 24 miljun meta mqabbel mal-ahhar tas-sena li għaddiet.

Watkinson kompla li t-tkabbir fl-ammont ta’ self fuq djar kien kontro-bilanċjat minn tnaqqis fis-self lill-kumpanniji. Fil-fatt, ħafna kumpaniji ħadu vantaġġ bir-rati baxxi ta’ mgħax biex ħallsu lura iktar.

Il-Bank iddikjara dividend interim gross ta’ 5.1 centezmu għal kull sehem.