Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum it-Tnejn, 3 t’Awwissu.

IN-NAZZJON jirrapporta bi prominenza l-intervent li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni fuq Radio 101, b’Simon Busuttil jinsisti li pajjiżna għandu bżonn politika onesta. Naraw ukoll ritratt kbir taċ-ċkejken Karl Curmi li fi tmiem il-ġimgħa reġa’ iltaqa’ ma’ Eman – it-tifel ta’ sena u seba’ xhur li salvah mill-għarqa f’Marsalforn.

Il-ġurnal TIMES OF MALTA jippubblika ritratt li juri l-wasla ta’ Juan Carlos f’Malta. L-eks Re ta’ Spanja wasal pajjiżna tard ilbieraħ fuq jet privat għal btala ta’ ftit jiem.

L-ORIZZONT bi storja dwar il-proġett ta’ pavimentar fir-Rabat Għawdex.

THE MALTA INDEPENDENT ittina ritratt tat-tim ta’ Arsenal li lbieraħ rebħu il-Community Shield fl-Ingilterra.